4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Public Relations Consultants Association Ltd vs The Newspaper Licensing Agency Ltd et
(Kawża C-360/13) (1)
((Drittijiet tal-awtur - Soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(1) u (5) - Riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Twettiq ta’ kopji ta’ sit tal-internet fuq l-iskrin u fil-cache fil-hard disk waqt il-browsing fuq l-internet - Att temporanju ta’ riproduzzjoni - Att tranżitorju jew inċidentali - Parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku - Użu legali - Sinjifikat ekonomiku indipendenti))
2014/C 253/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Public Relations Consultants Association Ltd
Konvenuti: The Newspaper Licensing Agency Ltd et
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Supreme Court of the United Kingdom – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet – Kunċett ta’ atti ta’ riproduzzjoni temporanji, tranżitorji jew inċidentali li jikkostitwixxu parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku – Riproduzzjoni ta’ paġna internet maħżuna b’mod awtomatiku fil-memorja cache u fuq l-iskrin ta’ kompjuter
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jkun interpretat fis-sens li l-kopji fuq l-iskrin tal-kompjuter tal-utent u l-kopji fil-“cache” tal-hard disk ta’ dak il-kompjuter, imwettqa minn utent finali matul il-konsultazzjoni ta’ sit tal-internet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jistabbilixxu li dawn il-kopji għandhom ikunu temporanji, għandhom ikunu ta’ natura tranżitorja jew inċidentali u għandhom jagħmlu parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku, kif ukoll jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(5) ta’ dik id-direttiva u għaldaqstant jistgħu jitwettqu mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy