1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Maurizio Fiamingo (C-362/13), Leonardo Zappalà (C-363/13), Francesco Rotondo et (C-407/13) vs Rete Ferroviaria Italiana SpA
(Kawżi Magħquda C-362/13, C-363/13 u C-407/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Settur marittimu - Ferry-boats li jwettqu kollegament bejn żewġ portijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Klawżola 3, punt 1 - Kunċett ta’ “kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat” - Klawżola 5, punt 1 - Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Sanzjonijiet - Bidla fir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat - Kundizzjonijiet))
2014/C 292/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maurizio Fiamingo (C-362/13), Leonardo Zappalà (C-363/13), Francesco Rotondo et (C-407/13)
Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA
Dispożittiv
1)
Il-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [xogħol għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [xogħol għal żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal ħaddiema, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, impjegati bħala baħħara fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fuq ferry-boats li jwettqu kollegament marittimu bejn żewġ portijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru.
2)
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat għandhom jindikaw it-tul tagħhom, iżda mhux it-terminu tagħhom.
3)
Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi l-bdil ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat biss fil-każ fejn il-ħaddiem ikkonċernat ikun ġie impjegat mingħajr interruzzjoni bis-saħħa ta’ tali kuntratti mill-istess persuna li timpjega għal tul ta’ żmien ogħla minn sena, fejn ir-relazzjoni ta’ xogħol titqies li ma ġietx interrotta meta l-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ikunu separati minn żmien inferjuri jew ugwali għal 60 ġurnata. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kif ukoll l-implementazzjoni effettiva ta’ din il-leġiżlazzjoni joħolqu miżura adegwata għall-prevenzjoni u s-sanzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013
ĠU C 313, 26.10.2013
Full & Egal Universal Law Academy