23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – International Stem Cell Corporation vs Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-364/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 98/44/KE - Artikolu 6(2)(ċ) - Protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi - Attivazzjoni ta’ ooċiti permezz tal-partenoġenesi - Produzzjoni ta’ ċelloli staminali embrijoniċi umani - Jedd għall-privattiva - Esklużjoni ta’ “użi ta’ l-embrjonijiet [embrijuni umani] għal għanijiet industrijali jew kummerċjali” - Kunċetti ta’ “embriju uman” u ta’ “organiżmu kapaċi li jibda l-proċess ta’ żvilupp ta’ bniedem”))
(2015/C 065/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: International Stem Cell Corporation
Konvenut: Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks
Dispożittiv
L-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li bajda umana mhux iffertilizzata li tkun ġiet stimulata sabiex tinqasam u tiżviluppa permezz tal-partenoġenesi ma tikkostitwixxix “embriju uman”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, fid-dawl tal-għarfien attwali tax-xjenza, din ma jkollhiex, bħala tali, il-kapaċità intrinsika li tiżviluppa fi bniedem, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy