25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-377/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru” - Tribunal Arbitral Tributário - Direttiva 69/335/KEE - Artikoli 4 u 7 - Żieda fil-kapital ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju - Taxxa tal-boll fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1984 - Tneħħija ta’ din it-taxxa tal-boll sussegwentement, imbagħad introduzzjoni mill-ġdid tagħha))
2014/C 282/21
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta, SA
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
L-Artikoli 4(1)(ċ) u 7(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-introduzzjoni mill-ġdid minn Stat Membru ta’ dazju fuq il-kapital fuq operazzjonijiet ta’ żieda fil-kapital azzjonarju li jaqgħu taħt l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li kienu suġġetti għal tali dazju fl-1 ta’ Lulju 1984, iżda ġew, sussegwentement, eżentati minnu.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy