12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-385/13 P) (1)
((Appell - Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Programm operattiv reġjonali (POR) 2000-2006 għar-reġjun ta’ Campania - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - L-ewwel subparagrafu (f) tal-Artikolu 32(3) - Proċedura ta’ ksur kontra r-Repubblika Taljana li tikkonċerna l-immaniġġar ta’ skart fir-reġjun ta’ Campania - Deċiżjoni li ma jitwettqux il-pagamenti intermedjarji relatati mal-miżura tal-POR dwar l-immaniġġar u l-eliminazzjoni tal-iskart))
(2015/C 007/11)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u A. Steiblytė, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy