15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – proċedura ppreżentata minn Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság
(Kawża C-388/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/29/KE - Prattiċi kummerċjali żleali - Informazzjoni żbaljata li tingħata minn impriża tat-telekomunikazzjonijiet lil abbonat li tikkawżalu spejjeż addizzjonali - Klassifikazzjoni ta’ “prattika kummerċjali qarrieqa”))
(2015/C 198/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság
Fil-preżenza ta’: László Imre Szabó
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-komunikazzjoni, minn kummerċjant lil konsumatur, ta’ informazzjoni żbaljata, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha tiġi kklassifikata bħala “prattika kummerċjali qarrieqa”, fis-sens ta’ din id-direttiva, anki jekk din il-komunikazzjoni kkonċernat biss konsumatur wieħed.
2)
Id-Direttiva 2005/29 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ fejn prattika kummerċjali tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva sabiex tiġi kklassifikata bħala prattika qarrieqa fir-rigward tal-konsumatur, ma jkunx għad hemm lok li jiġi vverifikat jekk tali prattika hijiex ukoll kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) tal-imsemmija direttiva, sabiex din tkun tista’ validament titqies li hija żleali u, għaldaqstant, ipprojbita skont l-Artikolu 5(1) tal-istess direttiva.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy