12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-395/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ilma urban mormi - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 3 u 4 - Obbligu tal-ġbir - Obbligu ta’ trattament))
(2015/C 007/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn E. Gillet u A. Lepièce, avukati)
Dispożittiv
1)
Billi ma żgurax il-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Aywaille, ta’ Baelen, ta’ Blegny, ta’ Chastre, ta’ Grez-Doiceau, ta’ Jodoigne, ta’ Lasne, ta’ Obourg, ta’ Oreye, ta’ Orp, ta’ Raeren, ta’ Sart-Dames-Avelines, ta’ Soiron, ta’ Sombreffe u ta’ Yvoir-Anhée, kif ukoll it-trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Bassenge, ta’ Chaumont- Gistoux, ta’ Chievre, ta’ Crisnée, ta’ Dalhem, ta’ Dinant, ta’ Écaussinnes, ta’ Estinnes, ta’ Feluy- Arquennes, ta’ Fexhe- Slins, ta’ Fosses- la- Ville, ta’ Godarville, ta’ Hannut, ta’ Havré, ta’ Jurbise, ta’ Rœulx, ta’ Leuze, ta’ Lillois- Witterzée, ta’ Profondeville, ta’ Rotheux- Neuville, ta’ Saint- Georges sur- Meuse, ta’ Saint- Hubert, ta’ Sirault, ta’ Sprimont, ta’ Villers- la- Ville, ta’ Villers le- Bouillet, ta’ Virginal- Hennuyères, ta’ Walcourt, ta’ Welkenraedt, ta’ Wépion, ta’ Wiers, ta’ Gaurain- Ramecroix u ta’ Hélécine, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy