23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf, Amtsgericht Karlsruhe – Il-Ġermanja) – Sophia Marie Nicole Sanders irrappreżentata minn Marianne Sanders vs David Verhaegen (C-400/13), Barbara Huber vs Manfred Huber (C-408/13)
(Kawżi Magħquda C-400/13 u C-408/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni f’materji ċivili - Regolament Nru 4/2009 - Artikolu 3 - Ġurisdizzjoni sabiex jiġi deċiż rikors dwar obbligu ta’ manteniment fir-rigward ta’ persuni ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi ċentralizzazzjoni ta’ ġurisdizzjoni)
(2015/C 065/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf, Amtsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sophia Marie Nicole Sanders irrappreżentata minn Marianne Sanders (C-400/13), Barbara Huber (C-408/13)
Konvenuti: David Verhaegen (C-400/13), Manfred Huber (C-408/13)
Dispożittiv
L-Artikolu 3(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi ċentralizzazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ġudizzjarja f’materji relatati mal-obbligi ta’ manteniment transkonfinali favur qorti tal-Prim’Istanza li għandha ġurisdizzjoni għas-sede tal-qorti tal-appell, ħlief jekk din ir-regola tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u sabiex tipproteġi l-interess tal-kredituri ta’ manteniment filwaqt li tippromwovi l-irkupru effettiv ta’ tali talbiet, li, madankollu, hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qrati tar-rinviju.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy