19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou – Ċipru) – Cypra Ltd vs Kypriaki Dimokratia
(Kawża C-402/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Spezzjonijiet sanitarji - Regolament (KE) Nru 854/2004 - Prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman - Kontrolli uffiċjali - Ħatra ta’ veterinarju uffiċjali - Qtil tal-bhejjem))
(2015/C 016/06)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Anotato Dikastirio Kyprou
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cypra Ltd
Konvenuta: Kypriaki Dimokratia
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fil-prinċipju, li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi l-mument li fih isir il-qtil tal-bhejjem, bil-ħsieb li jinħatar veterinarju uffiċjali għall-finijiet ta’ kontroll tal-qtil, u tirrifjuta li tibgħat dan il-veterinarju fil-ġranet u fil-ħinijiet tal-qtil stabbiliti mill-biċċerija sakemm ma jkunx objettivament neċessarju li l-qtil iseħħ f’ġurnata speċifika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy