10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas – il-Litwanja) – “Baltlanta” UAB vs Lietuvos valstybė
(Kawża C-410/13) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fondi strutturali - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Artikolu 38 - Regolament (KE) Nru 2792/1999 - Artikolu 19 - Sajd - Tilwim ġudizzjarju fuq livell nazzjonali - Obbligu tal-Istat Membru li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni tajba tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna fi tmiem it-tilwim ġudizzjarju])
2014/C 395/23
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus apygardos administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Baltlanta” UAB
Konvenuta: Lietuvos valstybė
fil-preżenza ta’: Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijos, Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija, Lietuvos Respublikos finansų ministerija
Dispożittiv
L-Artikolu 38(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999, tas-17 ta’ Diċembru 1999, li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2369/2002, tal-20 ta’ Diċembru 2002, kif ukoll is-Sezzjonijiet 6 u 7 tal-Linji gwida dwar it-tmiem tal-għajnuna (2000-2006) mill-Fondi Strutturali, adottati mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni COM(2006)3424 finali, tal-1 ta’ Awwissu 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeħtieġux li l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati jinformaw lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta’ tilwima ġudizzjarja fuq deċiżjoni amministrattiva dwar l-eliġibbiltà ta’ talba għal għajnuna finanzjarja bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jew li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġu rriżervati l-fondi previsti għal din l-għajnuna u li l-għoti tiegħu huwa s-suġġett ta’ din it-tilwima sakemm, il-kwistjoni ta’ dan l-għoti jiġi deċiż b’mod definittiv.
(1) ĠU C 284, 28.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy