19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no4 de Oviedo – Spanja) – Mario Vital Pérez vs Ayuntamiento de Oviedo
(Kawża C-416/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 21 - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2(2), 4(1) u 6(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Dispożizzjoni nazzjonali - Kundizzjoni ta’ reklutaġġ tal-membri tal-korp tal-pulizija lokali - Iffissar tal-età massima għal 30 sena - Ġustifikazzjonijiet))
(2015/C 016/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no4 de Oviedo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mario Vital Pérez
Konvenut: Ayuntamiento de Oviedo
Dispożittiv
L-Artikoli 2(2), 4(1) u 6(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiffissa l-età ta’ 30 sena bħala l-età massima għal reklutaġġ tal-membri tal-korp tal-pulizija lokali.
(1) ĠU C 325, 9.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy