15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – Netto Marken Discount AG & Co. KG vs Deutsches Patent- und Markenamt
(Kawża C-420/13) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom saret applikazzjoni għal protezzjoni permezz tat-trade mark - Rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni - Klassifikazzjoni ta’ Nice - Kummerċ bl-imnut - Ġbir flimkien ta’ servizzi”))
2014/C 315/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Netto Marken Discount AG & Co. KG
Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt
Dispożittiv
1)
Is-servizzi ta’ operatur ekonomiku li jikkonsistu f’li jinġabru flimkien servizzi sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkompara u jixtri dawn b’mod faċli jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “servizzi” previst fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks.
2)
Id-Direttiva 2008/95 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija teżiġi li applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark għal servizz ta’ ġbir flimkien ta’ servizzi tkun ifformulata b’ċarezza u preċiżjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi oħra jkunu jafu liema huma s-servizzi li l-applikant għandu l-intenzjoni li jiġbor flimkien.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013
Full & Egal Universal Law Academy