15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – Apple, Inc. vs Deutsches Patent- und Markenamt
(Kawża C-421/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikoli 2 u 3 - Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark - Karattru distintiv - Rappreżentazzjoni, permezz ta’ disinn, tal-istruttura ta’ ħanut ewlieni (“flagship store”) - Reġistrazzjoni bħala trade mark għal “servizzi” li jirrigwardaw prodotti li huma mpoġġija għal bejgħ f’tali ħanut))
2014/C 315/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Apple, Inc.
Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt
Dispożittiv
L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2008/95/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rappreżentazzjoni, permezz ta’ sempliċi disinn mingħajr indikazzjoni tad-daqs u lanqas tal-proporzjonijiet, tal-istruttura tal-ispazju ta’ bejgħ ta’ prodotti tista’ tkun irreġistrata bħala trade mark għal servizzi li jikkonsistu f’servizzi li jirrigwardaw dawn il-prodotti iżda li ma humiex parti integrali mit-tpoġġija għall-bejgħ tagħhom, bil-kundizzjoni li din tkun kapaċi tiddistingwi s-servizzi tal-applikant tar-reġistrazzjoni minn dawk ta’ impriżi oħra u li l-ebda waħda mill-motivi ta’ rifjut imsemmija fl-imsemmija direttiva ma jipprekludiha.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy