7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schleswig-Holsteinisches Oberverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein vs Dr. med. vet. Uta Wree
(Kawża C-422/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Skema ta’ pagament uniku - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 34(2)(a) - Kunċett ta’ “superfiċi eliġibbli għall-għajnuna” - Kunċett ta’ “superfiċi agrikola” - Superfiċi li tikkostitwixxi s-saff ta’ wiċċ veġetalizzat ta’ landfill iddekommissjonata - Użu għal finijiet agrikoli - Ammissibbiltà))
(2015/C 294/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinisches Oberverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Landesamt für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume des Landes Schleswig-Holstein
Konvenuta: Dr. med. vet. Uta Wree
Dispożittiv
L-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li superfiċi li tifforma s-saff ta’ wiċċ ta’ landfill li tinsab f’fażi ta’ ġestjoni wara li tkun ġiet iddekommissjonata tikkostitwixxi “erja [superfiċi] agrikola”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta effettivament tintuża bħala mergħa permanenti.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy