17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vilniaus energija” UAB vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius
(Kawża C-423/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Direttiva 2004/22/KE - Verifiki metroloġiċi tas-sistemi ta’ kejl - Arloġġ tal-ilma sħun li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva u li huwa konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) - Projbizzjoni li dan l-arloġġ jintuża mingħajr verifika metroloġika minn qabel tas-sistema))
2014/C 409/23
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Vilniaus energija” UAB
Konvenuta: Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius
Dispożittiv
L-Artikolu 34 TFUE u d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-istrumenti tal-kejl, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li, skont dawn, arloġġ tal-ilma sħun, li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva, konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) għandu jitqies li huwa sistema ta’ kejl u, minħabba dan il-fatt, ma jistax jintuża konformement mal-iskop tiegħu sakemm huwa ma kienx suġġett, ma’ dan il-mezz, għal verifika metroloġika inkwantu sistema ta’ kejl.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy