23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Parker Hannifin Manufacturing Srl, li kienet Parker ITR Srl, Parker-Hannifin Corp.
(Kawża C-434/13 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Suċċessjoni ta’ entitajiet legali - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tnaqqis tal-multa mill-Qorti Ġenerali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
(2015/C 065/12)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Parker Hannifin Manufacturing Srl, li kienet Parker ITR Srl, Parker-Hannifin Corp. (rappreżentanti: F. Amato, F. Marchini Càmia u B. Amory, avukati)
Dispożittiv
1)
Il-punti 1 sa 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni (T-146/09, EU:T:2013:258) huma annullati.
2)
Il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar il-fondatezza tar-rikors.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013
Full & Egal Universal Law Academy