15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – SC BCR Leasing IFN SA vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor
(Kawża C-438/13) (1)
((VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 16 u 18 - Leasing finanzjarju - Oġġetti li jkunu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing - Nuqqas ta’ rkupru ta’ dawn l-oġġetti mill-kumpannija ta’ leasing wara r-rexissjoni tal-kuntratt - Oġġetti nieqsa))
2014/C 315/31
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC BCR Leasing IFN SA
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor
Dispożittiv
L-Artikoli 16 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-impossibbiltà, għal kumpannija ta’ leasing, li tirkupra mingħand il-kerrej oġġetti li jkunu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing wara r-rexxissjoni tiegħu li tkun seħħet minħabba nuqqas imwettaq mill-kerrejja, minkejja l-passi meħuda mill-kumpannija bil-għan li tirkupra dawn l-oġġetti u minkejja l-assenza ta’ xi korrispettiv wara din ir-rexissjoni, ma tistax tiġi ttrattata bħala provvista bi ħlas ta’ oġġetti skont dawn l-artikoli.
(1) ĠU C 325, 09.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy