18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 – Elitaliana SpA vs Eulex Kosovo
(Kawża C-439/13 P) (1)
((Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK - Sejħa għal offerti dwar l-appoġġ permezz ta’ ħelikopter għall-missjoni Eulex Kosovo - Azzjoni kontra d-deċiżjoni ta’ għoti - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Kunċett ta’ “korp jew ta’ organu tal-Unjoni” - Miżuri imputabbli lill-Kummissjoni Ewropea - Żball skużabbli))
(2016/C 016/02)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Elitaliana SpA (rappreżentanti: R. Colagrande, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Eulex Kosovo (rappreżentant: G. Brosadola Pontotti, Solicitor)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Elitaliana SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013
Full & Egal Universal Law Academy