10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – Germanwings GmbH vs Ronny Henning
(Kawża C-452/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 2, 5 u 7 - Dritt għal kumpens f’każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Tul tad-dewmien - Kunċett ta’ “ħin tal-wasla”))
2014/C 395/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Salzburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Germanwings GmbH
Konvenut: Ronny Henning
Dispożittiv
L-Artikoli 2, 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “ħin tal-wasla”, użat sabiex tiġi ddeterminata l-portata tad-dewmien subit mill-passiġġieri ta’ titjira, jikkorrispondi għall-ħin meta jinfetaħ mill-inqas wieħed mill-bibien tal-ajruplan, fid-dawl tal-fatt li, f’dan il-mument, il-passiġġieri jkunu awtorizzati jitilqu mill-ajruplan.
(1) ĠU C 325, 09.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy