22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: Newby Foods Ltd, vs Food Standards Agency
(Kawża C-453/13) (1)
(Protezzjoni tas-saħħa - Regolament (KE) Nru 853/2004 - Regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali - Anness I, punti 1.14 u 1.15 - Kunċetti ta’ “laħam separat mekkanikament” u ta’ “preparati tal-laħam” - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Prevenzjoni, kontroll u qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu - Protezzjoni tal-konsumatur - Direttiva 2000/13/KE - Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel)
(2014/C 462/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Newby Foods Ltd,
Konvenuta: Food Standards Agency
Dispożittiv
Il-punti 1.14 u 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prodott miksub permezz tat-tneħħija mekkanika tal-laħam minn mal-għadam miksija bil-laħam wara li jkun tneħħa l-għadam jew mill-karkassi tal-pollam għandu jiġi kklassifikat bħala “laħam separat mekkanikament” fis-sens tal-imsemmi punt 1.14 peress li l-proċess użat iwassal għat-telf jew għal modifika tal-istruttura tal-fibra tal-muskoli ikbar minn dik strettament lokalizzata fil-punt fejn issir il-qata’, indipendentement mill-fatt li l-teknika użata ma tibdilx l-istruttura tal-għadam użat. Tali prodott ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “preparati tal-laħam” fis-sens tal-imsemmi punt 1.15.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy