7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-1 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-461/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Direttiva 2000/60/KE - Artikolu 4(1) - Għanijiet ambjentali relatati mal-ilmijiet tal-wiċċ - Deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ - Proġett ta’ żvilupp ta’ rotta bil-baħar - Obbligu għall-Istati Membri li ma jawtorizzawx proġett li jkun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ - Kriterji determinanti biex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma))
(2015/C 294/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V.
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Fil-preżenza ta’: Freie Hansestadt Bremen
Dispożittiv
1.
L-Artikolu 4(1)(a)(i) sa (iii) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati, sakemm ma tingħatax deroga, jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett partikolari meta dan ikun ta’ natura tali li jkun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew meta dan jikkomprometti l-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb u stat kimiku tajjeb ta’ dawn l-ilmijiet sad-data prevista minn din id-direttiva.
2.
Il-kunċett ta’ “deterjorazzjoni tal-istat” ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ, li jinsab fl-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60 għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm deterjorament hekk kif l-istat ta’ mill-inqas wieħed mill-elementi ta’ kwalità, fis-sens tal-Anness V ta’ din id-direttiva jiddegrada b’klassi, anki jekk din id-degradazzjoni ma tiġix tradotta f’degradazzjoni ta’ klassifikazzjoni, fl-intier tiegħu, tal-korp tal-ilma tal-wiċċ. Madankollu, għalkemm l-element ta’ kwalità kkonċernat, fis-sens ta’ dan l-Anness jidher diġà fil-klassi l-iktar baxxa, kull degradazzjoni ta’ dan l-element tikkostitwixxi “deterjorazzjoni tal-istat” ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 4(1)(a)(i).
(1) ĠU C 352, 30.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy