15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Thi Ly Pham vs Stadt Schweinfurt, Amt für Meldewesen und Statistik
(Kawża C-474/13) (1)
([Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 16(1) - Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija - Detenzjoni f’ħabs - Possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz jinżamm taħt detenzjoni ma’ priġunieri ordinarji meta jkun ta l-kunsens tiegħu])
2014/C 315/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thi Ly Pham
Konvenuti: Stadt Schweinfurt, Amt für Meldewesen und Statistik
Dispożittiv
It-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tippermettix lil Stat Membru jqiegħed lil ċittadin ta’ pajjiż terz miżmum taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija f’ħabs flimkien ma’ priġunieri ordinarji, u dan lanqas fil-każ li dan iċ-ċittadin jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-tqegħid.
(1) ĠU C 336, 16.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy