15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Eintragungsausschuss bei der Bayerischen Architektenkammer vs Hans Angerer
(Kawża C-477/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/36/KE - Artikolu 10 - Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali - Aċċess għall-professjoni ta’ perit - Titoli li ma jidhrux fil-punt 5.7.1. tal-Anness V - Kunċetti ta’ “raġunijiet speċifiċi u eċċezzjonali” u ta’ “perit”))
(2015/C 198/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eintragungsausschuss bei der Bayerischen Architektenkammer
Konvenut: Hans Angerer
Fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht, Landesanwaltschaft Bayern als Vertreter des öffentlichen Interesses
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/2009, tas-6 ta’ April 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikant, li jixtieq jibbenefika mis-sistema ġenerali ta’ rikonoxximent tal-provi ta’ kwalifiki formali, stabbilita fil-Kapitolu I tat-Titolu III ta’ din id-direttiva, għandu, minbarra l-fatt li jkollu kwalifika formali li ma hijiex inkluża fil-punt 5.7.1. tal-Anness V tad-direttiva msemmija, jipprova wkoll l-eżistenza ta’ “raġunijiet speċifiċi u eċċezzjonali”.
2)
L-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 2005/36, kif emendata bir-Regolament Nru 279/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “raġunijiet speċifiċi u eċċezzjonali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jirreferi għaċ-ċirkustanzi li għalihom l-applikant ma jkollux kwalifika msemmija fil-punt 5.7.1. tal-Anness V ta’ din id-direttiva, bil-preċiżazzjoni li l-imsemmi applikant ma jistax jinvoka l-fatt li għandu kwalifiki professjonali li jagħtuh, fl-Istat Membru tal-oriġini tiegħu, l-aċċess għal professjoni differenti minn dik li jixtieq jeżerċita fl-Istat Membru ospitanti.
3)
L-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva 2005/36, kif emendata bir-Regolament Nru 279/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “perit”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, għandu jiġi ddefinit fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti u, għalhekk, fis-sens li dan mhux neċessarjament jimponi li l-applikant ikollu taħriġ u esperjenza li jestendu mhux biss għal attivitajiet tekniċi ta’ ppjanar, ta’ sorveljanza u ta’ implementazzjoni, iżda wkoll għal attivitajiet li jidħlu fil-qasam tal-ipproġettar artistiku u ekonomiku tal-bini, tal-urbaniżmu, kif ukoll tal-konservazzjoni tal-monumenti.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy