27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-479/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi))
(2015/C 138/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u F. Dintilhac, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J.-S. Pilczer, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenutaparti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u M. J.-C. Halleux, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-15 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112.
2)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013
Full & Egal Universal Law Academy