15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Bamberg – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Mohammad Ferooz Qurbani
(Kawża C-481/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Genève tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-istatus tar-refuġjati - Artikolu 31 - Ċittadin ta’ Stat terz li daħal fi Stat Membru wara li għadda minn Stat Membru ieħor - Użu ta’ servizzi ta’ traffikant ta’ bnedmin - Dħul irregolari u residenza irregolari - Preżentazzjoni ta’ passaport iffalsifikat - Sanzjonijiet kriminali - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2014/C 315/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Bamberg
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Mohammad Ferooz Qurbani
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi mressqa għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Bamberg (il-Ġermanja), b’deċiżjoni tad-29 ta’ Awwissu 2013 fil-Kawża C-481/13.
(1) ĠU C 352, 30.11.2013
Full & Egal Universal Law Academy