17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Ronny Verest, Gaby Gerards vs Belgische Staat
(Kawża C-489/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni għall-ħelsien minn taxxa doppja - Impożizzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul minn proprjetà immobbli riċevut fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ residenza - Metodu tal-eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività fl-Istat Membru ta’ residenza - Differenza fit-trattament bejn proprjetajiet immobbli li jinsabu fl-Istat Membru ta’ residenza u dawk li jinsabu fi Stat Membru ieħor))
2014/C 409/24
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ronny Verest, Gaby Gerards
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tista’ twassal, meta tiġi applikata klawżola ta’ progressività li tinsab fi ftehim għall-prevenzjoni ta’ taxxa doppja, għal rata ogħla ta’ impożizzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul minħabba s-sempliċi fatt li l-metodu ta’ determinazzjoni tad-dħul mill-proprjetajiet immobbli jwassal sabiex dak li joriġina minn proprjetajiet immobbli mhux mikrija li jinsabu fi Stat Membru ieħor jiġi vvalutat b’ammont ikbar minn dak li joriġina minn tali proprjetajiet li jinsabu fl-ewwel Stat Membru. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex tassew l-effett tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 352, 30.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy