8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna – il-Bulgarija) – Traum EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-492/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 138(1) - Eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji - Xerrej mhux irreġistrat għall-finijiet tal-VAT - Obbligu tal-bejjiegħ li jistabbilixxi l-awtentiċità tal-firma tax-xerrej jew tar-rappreżentant tiegħu - Prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Effett dirett))
(2014/C 439/15)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Traum EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 138(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tirrifjuta l-benefiċċju tad-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward ta’ kunsinna intra-Komunitarja għar-raġuni li x-xerrej ma kienx irreġistrat fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-VAT u li l-fornitur ma weriex la l-awtentiċità tal-firma li tinsab fuq id-dokumenti ppreżentati insostenn tad-dikjarazzjoni tiegħu ta’ kunsinna allegatament eżenti u lanqas is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna li ffirma dawn id-dokumenti f’isem ix-xerrej, filwaqt li l-provi li jiġġustifikaw id-dritt għal eżenzjoni ppreżentati mill-fornitur insostenn tad-dikjarazzjoni tiegħu kienu konformi mal-lista ta’ dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-imsemmija awtorità, stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u li dawn kienu ġew inizjalment aċċettati minnha bħala provi ġustifikattivi, liema fatti għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.
2)
L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/88, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett, b’tali mod li jista’ jiġi invokat mill-persuni taxxabbli quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat sabiex tinkiseb eżenzjoni mill-VAT fir-rigward ta’ kunsinna intra-Komunitarja.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy