24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Ir-Repubblika tal-Estonja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-508/13) (1)
((Rikors għal annullament - Direttiva 2013/34/UE - Obbligi fil-qasam ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji li għandhom ċerti tipi ta’ impriżi - Prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2015/C 279/06)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: K. Kraavi-Käerdi, aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u M. Allik, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u A. Stolfot, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u L. Naaber-Kivisoo, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013
Full & Egal Universal Law Academy