11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – E.ON Földgáz Trade Zrt vs Magyar Energetikai és Közmű-szabályozási Hivatal
(Kawża C-510/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2003/55/KE - Artikolu 25 - Direttiva 2009/73/KE - Artikoli 41 u 54 - Applikazzjoni ratione temporis - Regolament (KE) Nru 1775/2005 - Artikolu 5 - Mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċitajiet u proċeduri ta’ immaniġġar tal-konġestjoni - Deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja - Dritt għal azzjoni legali - Rikors ta’ kumpannija detentriċi ta’ awtorizzazzjoni ta’ trażmissjoni tal-gass naturali - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja))
(2015/C 155/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: E.ON Földgáz Trade Zrt
Konvenuta: Magyar Energetikai és Közmű-szabályozási Hivatal
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha jiskadi fit-3 ta’ Marzu 2011, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti fl-Artikolu 41(17) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal rikors dirett kontra deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, adottata qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ traspożizzjoni u li kienet dejjem matul l-imsemmija data.
2)
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Settembru 2005, dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trasmissjoni tal-gass naturali, moqri flimkien mal-Anness ta’ dan ir-regolament, u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-eżerċizzju tar-rikorsi quddiem il-qorti kompetenti biex tikkontrolla l-legalità tal-atti ta’ awtorità regolatorja, li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tippermettix li tieħu rikonjizzjoni ta’ operatur, bħal E.ON Földgáz Trade Zrt, il-kwalità biex jippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ din l-awtorità relatata mal-kodiċi tas-sistema ta’ gass.
(1) ĠU C 15, 18.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy