20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Dimensione Direct Sales srl, Michele Labianca vs Knoll International Spa
(Kawża C-516/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 4(1) - Dritt ta’ distribuzzjoni - Kunċett ta’ “distribuzzjoni lill-pubbliku” - Offerta għall-bejgħ u reklamar magħmula minn kummerċjant ta’ Stat Membru fis-sit internet tiegħu, permezz ta’ posta diretta u fl-istampa fi Stat Membru ieħor - Riproduzzjonijiet ta’ għamara protetti bid-drittijiet tal-awtur offruti għall-bejgħ mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni - Offerta jew reklam li ma jwasslux għall-akkwist tal-oriġinal jew ta’ kopji ta’ xogħol protett))
(2015/C 236/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dimensione Direct Sales srl, Michele Labianca
Konvenuta: Knoll International Spa
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lid-detentur ta’ dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni ta’ xogħol protett li jopponi offerta għall-bejgħ jew reklamar li jikkonċerna l-oriġinal jew kopja ta’ dan ix-xogħol, anki jekk ma jkunx stabbilit li dan ir-reklamar ikun wassal għall-akkwist tal-oġġett protett minn xerrej tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li l-imsemmi reklam iħeġġeġ lill-konsumaturi tal-Istat Membru li fih l-imsemmi xogħol ikun protett bid-drittijiet tal-awtur sabiex jagħmel l-akkwist.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy