22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Namur – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA vs Province de Namur
(Kawża C-517/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 97/13/KE - Artikoli 4 u 11 - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 6 - Kundizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi - Artikolu 13 - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni provinċjali - Taxxa fuq il-piluni u/jew unitajiet li jittrażmettu u jirċievu tan-netwerk tat-telefon mobbli))
(2016/C 068/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Namur
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA
Konvenut: Province de Namur
Dispożittiv
L-Artikoli 6 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “ta’ Awtorizzazzjoni”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq persuna fiżika jew ġuridika li tuża’ l-pilun u/jew l-unità li jittrażmetti u jirċievi tan-netwerk tat-telefon mobbli.
(1) ĠU C 352, 30.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy