9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou – Ċipru) – Alpha Bank Cyprus Ltd vs Dau Si Senh et
(Kawża C-519/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili jew kummerċjali - Notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 8 - Rifjut ta’ riċezzjoni ta’ dokument - Assenza ta’ traduzzjoni ta’ wieħed mid-dokumenti mibgħuta - Assenza tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tal-imsemmi regolament - Konsegwenzi))
(2015/C 371/04)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Anotato Dikastirio Kyprou
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alpha Bank Cyprus Ltd
Konvenuti: Dau Si Senh, Alpha Panareti Public Ltd, Susan Towson, Stewart Cresswell, Gillian Cresswell, Julie Gaskell, Peter Gaskell, Richard Wernham, Tracy Wernham, Joanne Zorani, Richard Simpson
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
l-aġenzija li tirċievi hija obbligata, fiċ-ċirkustanzi kollha u mingħajr ma jkollha f’dan ir-rigward marġni ta’ diskrezzjoni, li tinforma lid-destinatarju ta’ dokument bid-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi dan, billi tuża sistematikament għal dan il-għan il-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, u
—
iċ-ċirkustanza li din l-aġenzija, meta tipproċedi bin-notifika ta’ dokument lid-destinatarju tiegħu, ma tehmiżx il-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-Regolament Nru 1393/2007, tikkostitwixxi mhux motiv tal-annullament tal-proċedura, iżda ommissjoni li għandha tiġi rregolarizzata konformement mad-dispożizzjonijiet iddikjarati minn dan ir-regolament.
(1) ĠU C 377 tal-21/12/2013.
Full & Egal Universal Law Academy