1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Karlsruhe – il-Ġermanja) – Eycke Braun vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-524/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Artikolu 10(ċ) - Trasformazzjoni ta’ kumpannija b’ kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju li ma twassal għal ebda żieda fil-kapital - Drittijiet rikjesti għar-redazzjoni tal-att notarili li jikkonstata din it-trasformazzjoni))
2014/C 292/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Eycke Braun
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Dispożittiv
L-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-Teżor jirċievi sehem tad-drittijiet riċevuti minn nutar impjegat bħala uffiċjal pubbliku waqt l-awtentikazzjoni ta’ att ġuridiku li għandu bħala għan it-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ tip differenti, li ma twassalx għal żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwirenti jew li bidlet il-forma ġuridika tagħha.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy