24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België – il-Belġju) – Vlaams Gewest vs Heidi Van Den Broeck
(Kawża C-525/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 2419/2001 - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna - Applikazzjoni ta’ għajnuna taż-żona - Artikolu 33 - Sanzjonijiet - Irregolaritajiet magħmula intenzjonalment))
2014/C 421/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vlaams Gewest
Konvenuta: Heidi Van Den Broeck
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2004, tat-23 ta’ Jannar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ irregolarità intenzjonata kkonstatata fil-kuntest ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ żona, il-bidwi jkun miċħud mill-għajnuna kollha li seta’ jkun intitolat għaliha taħt skema ta’ għajnuna kkonċernata permezz ta’ din l-applikazzjoni u li għaliha kien eliġibbli l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat minn din l-irregolarità.
(1) ĠU C 377, 21.12.2013
Full & Egal Universal Law Academy