15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Lourdes Cachaldora Fernández vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
(Kawża C-527/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4 - Direttiva 97/81/KE - Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC - Kalkolu tal-benefiċċji - Sistema ta’ integrazzjoni ta’ lakuni ta’ kontribuzzjoni - Ħaddiema part-time u ħaddiema full-time))
(2015/C 198/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lourdes Cachaldora Fernández
Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full-time, tali tnaqqis ma huwiex previst.
2)
Il-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part-time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full time, tali tnaqqis ma huwiex previst.
(1) ĠU C 9, 11.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy