10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Sofia Zoo vs Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség
(Kawża C-532/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi - Regolament (KE) Nru 338/97 - Artikolu 11 - Nullità ta’ permess ta’ importazzjoni limitata għal speċi ta’ annimali li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità))
2014/C 395/25
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sofia Zoo
Konvenuta: Országos Környezetvédelmi, Természetvédelmi és Vízügyi Főfelügyelőség
Dispożittiv
L-Artikolu 11(2)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-permess ta’ importazzjoni li ma josservax il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandu jiġu kkunsidrat bħala null unikament sa fejn dan jikkonċerna l-kampjuni li huma effettivament ikkonċernati mir-raġuni għal nullità ta’ dan il-permess ta’ importazzjoni, peress li dawn il-kampjuni huma għaldaqstant l-uniċi li għandhom jkunu suġġetti għal qbid, u possibbilment għal konfiska, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dawn ikunu jinsabu.
(1) ĠU C 15, 18.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy