15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-540/13) (1)
((Rikors għal annullament - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Iffissar tad-data li fiha deċiżjoni preċedenti ssir effettiva - Determinazzjoni tal-bażi legali - Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Bażi legali sekondarja - Konsultazzjoni mal-Parlament))
(2015/C 198/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak u A. F. Jensen, aġenti)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/392/UE, tat-22 ta’ Lulju 2013, li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra hija annullata.
2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/392 għandhom jinżammu sakemm jidħol fis-seħħ att ġdid intiż għas-sostituzzjoni tagħha.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 359, 07.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy