12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Dogane, Ufficio di Verona dell’Agenzia delle Dogane vs ADL American Dataline Srl
(Kawża C-546/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8471 u 8518 - Speakers li jirriproduċu l-ħoss permezz tal-bdil ta’ sinjal elettromanjetiku f’soundwaves, li jistgħu jiġu konnessi biss ma’ kompjuter u kkummerċjalizzati separatament))
(2015/C 007/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Dogane, Ufficio di Verona dell’Agenzia delle Dogane
Konvenuta: ADL American Dataline Srl
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw, suċċessivament, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-13 ta’ Ottubru 2000, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 1999, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma konnessi ma’ kompjuter attrezzat b’sistema operattiva “MAC OS 9” jew b’sistema iktar avvanzata, għandhom jiġi kklassifikati bħala loudspeakers fis-subintestatura 8518 22 90 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 377, 21.12.2013
Full & Egal Universal Law Academy