27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA “Oliver Medical” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-547/13) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8543, 9018 u 9019 - Apparat lejżer u apparat ultrasoniku kif ukoll il-partijiet u l-aċċessorji tagħhom])
(2015/C 138/15)
Lingwa tal-kawża: Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā rajona tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Oliver Medical”
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha kif jirriżultaw, b’mod suċċessiv, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009, tat-30 ta’ Settembru 2009, mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhomx jiġu kklassifikati bħala apparat jew strumenti intiżi għal finijiet mediċi, fl-intestatura 9018 ta’ din in-nomenklatura, jew bħala apparat ta’ terapija mekkanika, fl-intestatura 9019 tagħha, pjuttost milli bħala apparat elettriku b’funzjoni individwali, fl-intestatura 8543 tal-imsemmija nomenklatura, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami, sa fejn dawn ikunu jikkonċernaw il-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi inerenti għal dawn il-prodotti. Fost l-elementi rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-użu li għalih l-imsemmija prodotti jkunu intenzjonati mill-manifattur, kif ukoll il-modalitajiet u l-post ta’ użu tagħhom. Il-fatt li prodotti jkunu intiżi għat-trattament ta’ marda waħda jew iktar u l-fatt li t-trattament ikollu jitwettaq f’ċentru mediku approvat jew taħt il-kontroll ta’ prattikant jikkostitwixxu indizji li jistgħu jistabbilixxu li dawn il-prodotti huma intiżi għal finijiet mediċi. Għall-kuntrarju, il-fatt li dawn il-prodotti jippermettu prinċipalment titjib estetiku u l-fatt li dawn il-prodotti jistgħu jiġu operati f’kuntest mhux mediku, pereżempju f’ħanut tas-sbuħija, u mingħajr l-intervent ta’ prattikant, huma indizji ta’ natura li jdgħajfu l-argument li l-imsemmija prodotti huma intiżi għal finijiet mediċi. Id-dimensjonijiet, il-piż u t-teknoloġija użata ma jikkostitwixxux elementi determinanti għall-klassifikazzjoni ta’ prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-intestatura 9018 tal-istess nomenklatura.
(1) ĠU C 377, 21.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy