15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hermann Lutz vs Elke Bäuerle, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ ECZ Autohandel GmbH
(Kawża C-557/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikoli 4 u 13 - Proċedura ta’ insolvenza - Ħlas magħmul wara d-data ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza abbażi ta’ sekwestru magħmul qabel dik id-data - Azzjoni għal revoka kontra att li jippreġudika l-interessi tal-kredituri - Termini ta’ preskrizzjoni, ta’ eżerċizzju tal-azzjoni għal revoka u ta’ dekadenza - Regoli proċedurali tal-azzjoni għal revoka - Liġi applikabbli))
(2015/C 198/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hermann Lutz
Konvenuti: Elke Bäuerle, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ ECZ Autohandel GmbH
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni li fiha l-ħlas, ikkontestat minn amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza, ta’ somma flus issekwestrata preċedentement għall-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza jsir biss wara l-ftuħ ta’ din il-proċedura.
2)
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistema ta’ eċċezzjoni li huwa jistabbilixxi jinkludi wkoll it-termini ta’ preskrizzjoni, it-termini ta’ eżerċizzju tal-azzjoni ta’ revoka u t-termini ta’ dekadenza li huma previsti mil-liġi li għaliha huwa suġġett l-att ikkontestat mill-amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza.
3)
Ir-regoli proċedurali li għandhom jiġu osservati għall-preżentata ta’ azzjoni ta’ revoka huma ddeterminati, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000, mil-liġi li għaliha huwa suġġett l-att ikkontestat mill-amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza.
(1) ĠU C 15, 18.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy