27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-Unna vs Josef Grünewald
(Kawża C-559/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis tal-ħlasijiet ta’ manteniment imħallsa b’korrispettiv għal donazzjoni ta’ sehem suċċessorju antiċipat - Esklużjoni għal persuni taxxabbli mhux residenti))
(2015/C 138/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Dortmund-Unna
Konvenut: Josef Grünewald
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrifjuta li persuna taxxabbli mhux residenti li tirċievi f’dan l-Istat Membru dħul kummerċjali ġġenerat minn ishma f’kumpannija, li ġew ittrasferiti lilha minn ġenitur b’donazzjoni ta’ sehem suċċessorju antiċipat, tnaqqas minn dan id-dħul il-ħlasijiet ta’ manteniment li din ħallset lil dan il-ġenitur b’korrispettiv għal din id-donazzjoni, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni tawtorizza dan it-tnaqqis lil persuna taxxabbli residenti.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy