22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Obvodní soud pro Prahu 1 – ir-Repubblika Ċeka) – Hoštická a.s., Jaroslav Haškovec, Zemědělské družstvo Senice na Hané vs Česká republika – Ministerstvo zemědělství
(Kawża C-561/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Skemi ta’ appoġġ - Implementazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ fl-Istati Membri l-ġodda - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 143ba - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 126 - Pagament separat għaz-zokkor - Firda ta’ dan il-pagament mill-produzzjoni - Kunċett ta’ “kriterji adottati mill-Istati Membri rilevanti fl-2006 u l 2007” - Perijodu rappreżentattiv))
(2014/C 462/16)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Obvodní soud pro Prahu 1
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hoštická a.s., Jaroslav Haškovec, Zemědělské družstvo Senice na Hané
Konvenuta: Česká republika – Ministerstvo zemědělství
Dispożittiv
L-Artikolu 126(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kriterji adottati mill-Istati Membri rilevanti fl-2006 u l-2007” jinkludi s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li dawn l-Istati Membri kellhom jagħżlu qabel it-30 ta’ April 2006 bħala perijodu rappreżentattiv għall-għoti tal-pagament separat għaz-zokkor, taħt l-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, (KE) Nru 2011/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 u (KE) Nru 2012/2006, tad-19 ta’ Diċembru 2006.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy