23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Centre public d’action sociale d’Ottignies-Louvain-La-Neuve vs Moussa Abdida
(Kawża C-562/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 19(2) u 47 - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(b) - Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu - Artikolu 3 - Regoli iktar favorevoli - Applikant li jbati minn marda serja - Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz b’residenza irregolari - Artikolu 13 - Azzjoni ġudizzjarja b’effett sospensiv - Artikolu 14 - Salvagwardji sakemm iseħħ ir-ritorn - Bżonnijiet bażiċi))
(2015/C 065/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Centre public d'action sociale d'Ottignies-Louvain-La-Neuve
Konvenut: Moussa Abdida
Dispożittiv
L-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali:
—
li ma tagħtix effett sospensiv għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjoni li tordna lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jbati minn marda serja jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru, meta l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tista’ tesponi lil dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għal riskju serju ta’ deterjorament gravi u irriversibbli tal-istat ta’ saħħa tiegħu, u
—
li ma tipprevedix l-għoti, sa fejn huwa possibbli, ta’ bżonnijiet bażiċi lill-imsemmi ċittadin ta’ pajjiż terz, sabiex jiġi ggrantit li l-kura medika urġenti u t-trattament indispensabbli tal-mard ikunu jistgħu jiġu effettivament ipprovduti, matul il-perijodu li fih dan l-Istat membru jkun marbut jipposponi t-tneħħija tal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz wara li jkun ġie ppreżentat appell.
(1) ĠU C 9, 11.01.2014
Full & Egal Universal Law Academy