23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze vs Data Medical Service srl
(Kawża C-568/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 92/50/KEE - Artikoli 1(c) u 37 - Direttiva 2004/18/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1(8) u l-Artikolu 55 - Kunċetti ta’ “fornitur ta’ servizz” u ta’ “operatur ekonomiku” - Sptar universitarju pubbliku - Stabbiliment li għandu personalità ġuridika kif ukoll l-awtonomija ta’ impriża u ta’ organizzazzjoni - Attività prinċipalment mhux għal profitt - Għan istituzzjonali li jiġu offruti servizzi ta’ saħħa - Possibbiltà li jiġu offruti servizzi analogi fis-suq - Ammissjoni għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku)
(2015/C 065/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze
Konvenuta: Data Medical Service srl
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-parteċipazzjoni ta’ sptar pubbliku, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, minħabba l-kwalità tiegħu bħala organiżmu pubbliku ekonomiku, jekk u sa fejn dan l-isptar huwa awtorizzat jopera fis-suq b’mod konformi mal-għanijiet istituzzjonali u legali tiegħu.
2)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/50, u b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali tal-kompetizzjoni libera, ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità li jsostnu lil din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil sptar pubbliku li jipparteċipa f’sejħa għal offerti, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, milli jippreżenta offerta li ħadd ma jista’ jikkompeti magħha, minħabba l-finanzjamenti pubbliċi li jibbenefika minnhom. Madankollu, fil-kuntest tal-eżami tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta abbażi tal-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva, l-awtorità kontraenti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ finanzjament pubbliku li jibbenefika minnu tali stabbiliment fir-rigward tal-fakultà li tiċħad din l-offerta.
(1) ĠU C 52, 22.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy