15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Karoline Gruber vs Unabhängiger Verwaltungssenat für Kärnten, EMA Beratungs- und Handels GmbH, Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend
(Kawża C-570/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Kostruzzjoni ta’ ċentru kummerċjali - Effett vinkolanti ta’ deċiżjoni amministrattiva li ma ssirx evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Assenza ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku))
(2015/C 198/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Karoline Gruber
Konvenuti: Unabhängiger Verwaltungssenat für Kärnten, EMA Beratungs- und Handels GmbH, Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend
Dispożittiv
L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li deċiżjoni amministrattiva, li tikkonstata li ma hemmx lok li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fir-rigward ta’ proġett, għandha effett vinkolanti fir-rigward tal-ġirien esklużi mid-dritt għal azzjoni legali kontra l-imsemmija deċiżjoni amministrattiva, u dan bil-kundizzjoni li dawn il-ġirien, li jagħmlu parti mill-“pubbliku kkonċernat” fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, jissodisfaw il-kriterji previsti mid-dritt nazzjonali fir-rigward tal-“interess [ġuridiku] suffiċjenti” jew fir-rigward tal-“ksur ta’ dritt”. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfatta fil-kawża pendenti quddiemha. Fl-affermattiv, hija għandha tikkonstata l-assenza ta’ effett vinkolanti fir-rigward tal-imsemmija ġirien ta’ deċiżjoni amministrattiva li ma titwettaqx tali evalwazzjoni.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy