4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Actavis Group PTC EHF, Actavis UK Ltd vs Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG
(Kawża C-577/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3 - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ dan iċ-ċertifikat - Prodotti mediċinali li fihom, parzjalment jew totalment, l-istess ingredjent attiv - Tqegħid fis-suq sussegwenti - Kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi - Kummerċjalizzazzjoni preċedenti ta’ ingredjent attiv taħt forma ta’ prodott mediċinali għal ingredjent attiv uniku - Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ diversi ċertifikati għall-istess privattiva - Emenda tal-ingredjenti attivi ta’ privattiva bażika)
(2015/C 146/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Actavis Group PTC EHF, Actavis UK Ltd
Konvenuti: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG
Dispożittiv
L-Artikolu 3(a) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta privattiva bażika jkun fiha pretensjoni ta’ prodott li fih ingredjent attiv li jkun l-uniku suġġett tal-invenzjoni, li għalih il-proprjetarju ta’ din il-privattiva jkun diġà kiseb ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, kif ukoll pretensjoni sussegwenti ta’ prodott li jkun fih kombinazzjoni ta’ dan l-ingredjent attiv ma’ sustanza oħra, din id-dispożizzjoni tipprekludi lil dan il-proprjetarju li jikseb it-tieni ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fir-rigward tal-imsemmija kombinazzjoni.
(1) ĠU C 31, 01.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy