26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 – Intra-Presse vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Golden Balls Ltd
(Kawża magħquda C-581/13 P u C-582/13 P) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Artikolu 8(5) - Trade mark verbali GOLDEN BALLS - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarju preċedenti BALLON D’OR - Pubbliku rilevanti - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni))
(2015/C 026/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Intra-Presse (rappreżentanti: P. Péters, avukat, T. de Haan, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Golden Balls Ltd (rappreżentant: M. Edenborough QC)
Dispożittiv
1)
Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Golden Balls vs UASI – Intra-Presse (GOLDEN BALLS) (T-448/11, EU:T:2013:456) u Golden Balls vs UASI – Intra-Presse (GOLDEN BALLS) (T-437/11, EU:T:2013:441) huma annulati safejn dawn ċaħdu iż-żewġ talbiet għal annullament ippreżentati minn Intra-Presse SAS.
2)
Il-kumplament tal-appelli huwa miċħud.
3)
Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1), u l-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1310/2010-1), huma annullati.
4)
Intra-Presse SAS, l-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Golden Balls Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy