21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Directeur général des finances publiques vs Mapfre asistencia compañia internacional de seguros y reaseguros SA et Mapfre warranty SpA vs Directeur général des finances publiques
(Kawża C-584/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ - Kamp ta’ applikazzjoni - Eżenzjoni - Kunċett ta’ “[operazzjonijiet ta’] assigurazzjoni” - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Somma f’daqqa mħallsa sabiex tiggarantixxi ħsara f’vettura użata))
(2015/C 311/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directeur général des finances publiques, Mapfre warranty SpA
Konvenuti: Mapfre asistencia compañia internacional de seguros y reaseguros SA, Directeur général des finances publiques
Dispożittiv
L-Artikolu 13 B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi operazzjoni ta’ assigurazzjoni eżentata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi minn operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ ta’ vettura użata, li jikkonsisti fl-għoti ta’ garanzija, bil-ħlas ta’ somma f’daqqa, li tkopri l-ħsara mekkanika li tista’ tirriżulta f’ċerti partijiet ta’ din il-vettura. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, il-provvista ta’ servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex tali provvista. Il-provvista ta’ tali servizz u l-bejgħ ta’ vettura użata għandhom, fil-prinċipju, jiġu kkunsidrati bħala provvisti separati u indipendenti li għandhom jiġu ttrattati separatament mill-perspettiva tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawżi prinċipali, il-bejgħ ta’ vettura użata u l-garanzija pprovduta minn operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ ta’ din il-vettura li tkopri l-ħsara mekkanika li tista’ tirriżulta f’ċerti partijiet ta’ din tal-aħħar humiex daqstant marbuta flimkien li għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu operazzjoni unika jew jekk, għall-kuntrarju, jikkostitwixxux operazzjonijiet indipendenti.
(1) ĠU C 31, 01.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy