15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ġermanja
(Kawża C-591/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Leġiżlazzjoni fiskali - Posponiment tat-tassazzjoni tal-qligħ kapitali ġġenerat mit-trasferiment bi ħlas ta’ ċerti investimenti - Irkupru tat-taxxa - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE - Differenza fit-trattament bejn stabbilimenti permanenti li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru u stabbilimenti permanenti li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea - Proporzjonalità))
(2015/C 198/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u W. Roels, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ is-sistema fiskali prevista fl-Artikolu 6b tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz), li tissuġġetta l-benefiċċju tal-posponiment tat-tassazzjoni tal-qligħ kapitali ġġenerat mit-trasferiment bi ħlas ta’ investiment li jagħmel parti mill-assi kapitali ta’ stabbiliment permanenti tal-persuna taxxabbli li jinsab fit-territorju Ġermaniż għall-kundizzjoni li dan il-qligħ kapitali jiġi investit mill-ġdid fl-akkwist ta’ investimenti ta’ sostituzzjoni li jagħmlu parti mill-assi kapitali ta’ stabbiliment permanenti tal-persuna taxxabbli li jinsab f’dan it-territorju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 49 TFUE u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy