4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-12 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – “go fair” Zeitarbeit OHG vs Finanzamt Hamburg-Altona
(Kawża C-594/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(g) - Eżenzjoni tal-provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali - Kunċett ta’ “korpi rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benessere soċjali” - Aġenzija ta’ xogħol temporanju - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal kwalifikat fil-kura tas-saħħa - Esklużjoni tal-eżenzjoni))
(2015/C 146/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“go fair” Zeitarbeit OHG
Konvenuta: Finanzamt Hamburg-Altona
Dispożittiv
L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li la l-persunal li jipprovdi kura, gradwat tal-Istat, li jipprovdi s-servizzi tiegħu direttament lil persuni li jeħtieġu kura, u lanqas aġenzija ta’ xogħol temporanju, li tpoġġi lil tali persuna għad-dispożizzjoni tal-istabbilimenti rikonoxxuti bħala li għandhom natura soċjali, ma jidħlu fil-kunċett ta’ “korpi […] rikonoxxuti […] bħala ddedikati għall-benessere soċjali”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 71, 08.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy